Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Awwissu 2014 – Energy Brands vs UASI – Smart Wines (SMARTWATER)

(Kawża T-81/14) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Energy Brands, Inc. (Atlanta, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Stone u R. Allos, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Smart Wines GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: I. Schwarz, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Novembru 2013 (Każ R 903/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Energy Brands, Inc. u Smart Wines GmbH.Dispożittiv1)    Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.2)    Ir-rikorrenti, il-konvenut u l-intervenjenti għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.