Language of document : ECLI:EU:T:2015:768





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Ottubru 2015 – Benediktinerabtei St. Bonifaz vs UASI – Andechser Molkerei Scheitz (Genuß für Leib & Seele KLOSTER Andechs SEIT 1455)

(Kawża T‑78/14)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Genuß für Leib & Seele KLOSTER Andechs SEIT 1455 – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti SEIT 1908 ANDECHSER NATUR u Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti ANDECHSER NATUR – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009– Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punti 18, 19)

2.                     Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Eżami ex officio tal-fatti – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Eżami limitat għall-motivi invokati – Teħid inkunsiderazzjoni tal-fatti magħrufa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(1)) (ara l-punt 26)

3.                     Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Portata tal-prinċipju (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, it-tieni sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punt 28)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni – Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 35, 55)

5.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 38, 39)

6.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark figurattiva Genuß für Leib & Seele KLOSTER Andechs SEIT 1455 – Trade marks figurattivi SEIT 1908 ANDECHSER NATUR u ANDECHSER NATUR (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 49-54)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Novembru 2013 (Każ R 1272/2012‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Andechser Molkerei Scheitz GmbH u Benediktinerabtei St. Bonifaz Körperschaft des öffentlichen Rechts.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Benediktinerabtei St. Bonifaz Körperschaft des öffentlichen Rechts hija kkundannata għall-ispejjeż.