Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2016 – Copernicus-Trademarks vs EUIPO – Maquet (LUCEO)

(Kawża T-82/14) 1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea LUCEO – Motiv assolut ta’ rifjut – Mala fide fil-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Copernicus-Trademarks Ltd (Borehamwood, ir-Renju Unit) (rappreżentant: F. Henkel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Maquet GmbH (Rastatt, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Hebeis, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-25 ta’ Novembru 2013 (Każ R 2292/2012-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Copernicus-Trademarks u Maquet.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Copernicus-Trademarks Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u ta’ Maquet GmbH.

____________

1     ĠU C 112, 14.4.2014.