Language of document : ECLI:EU:T:2016:504





tmilcjeSentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Settembru 2016 –
PT Musim Mas vs Il‑Kunsill

(Kawża T‑80/14)

“Dumping – Importazzjonijiet ta’ biodiesel li joriġina mill-Indoneżja – Ġbir definittiv tad-dazji antidumping provviżorji – Dazji antidumping definittivi – Drittijiet tad-difiża – Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 – Valur normali – Spejjeż ta’ produzzjoni”

1.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Rispett fil-kuntest tal-proċeduri amministrattivi – Antidumping – Obbligu tal-istituzzjonijiet li jiżguraw li l-impriżi kkonċernati jiġu informati – Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 20(2)) (ara l-punti 35‑37)

2.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Determinazzjoni tal-valur normali – Derogi mill-metodu ta’ ffissar tal-valur normali skont il-prezz reali previsti mir-regolament antidumping bażiku – Natura eżawrjenti (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(3)) (ara l-punt 39)

3.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Determinazzjoni tal-valur normali – Użu tal-valur maħdum – Kalkolu tal-ispejjeż ta’ produzzjoni abbażi tar-reġistri ta’ kontabbiltà – Deroga – Spejjeż marbuta mal-produzzjoni u mal-bejgħ tal-prodott suġġett għall-investigazzjoni li ma ġewx raġonevolment inklużi f’dawn ir-reġistri – Oneru tal-prova li jaqa’ fuq l-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata (Regolamenti tal-Kunsill Nru 1972/2002, premessa 4, u Nru 1225/2009, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(3) u l-ewwel sat-tielet subparagrafi tal-Artikolu 2(5)) (ara l-punti 65‑69, 73‑97)

4.                     Rikors għal annullament – Suġġett – Annullament parzjali – Kundizzjoni – Natura diviżibbli tad-dispożizzjonijiet ikkontestati – Dispożizzjoni ta’ regolament li timponi dazji antidumping definittivi – Annullament li jwassal għal modifika tas-sustanza tar-regolament (Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1194/2013, Artikolu 1) (ara l-punti 100‑102)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013, tad-19 ta’ Novembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja (ĠU 2013, L 315, p. 2).

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013, tad-19 ta’ Novembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja, huma annullati sa fejn jikkonċernaw lil PT Perindustrian dan Perdagangan Musim Semi Mas (PT Musim Mas).

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dak sostnuti minn PT Musim Mas.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea u l-European Biodiesel Board (EBB) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.