Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 taʼ Marzu 2013 - Ningbo Qixin Solar Electrical Appliance vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-145/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ningbo Qixin Solar Electrical Appliance Co. Ltd (Zhejiang, iċ-Ċina) (rappreżentanti: V. Akritidis u Y. Melin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, b'applikazzjoni tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea kkomunikata b'ittra tat-3 ta' Jannar 2013, Nru H4/JN/Ref.t13.000011, li tinforma lir-rikorrenti li hija ma hijiex ser teżamina t-talba tar-rikorrenti sabiex jiġi rrikonoxxut lilha l-istatus ta' impriża li topera f'ekonomija tas-suq, imressqa skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, fil-kuntest tal-proċedura antidumping li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-silikon kristallin u l-komponenti essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, miftuħa fis-6 ta' Settembru 2012 (AD 590);

tiddikjara l-inapplikabbiltà għal dak li jikkonċerna lir-rikorrenti fil-kuntest ta' dan ir-rikors, skont l-Artikolu 277 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tar-Regolament (UE) Nru 1168/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta' Diċembru 2012, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 344, p. 1);

u b'konsegwenza, tordna lill-Kummissjoni u lill-partijiet intervenjenti eventwali sabiex ibatu l-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku identiku għal dak invokat fil-kuntest tal-Kawża T-143/13, Zhejiang Heda Solar Technology vs Il-Kummissjoni.

____________