Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Ottubru 2011 - Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-353/10)
(Rikors għall-annullament - Nota ta' debitu - Eċċezzjoni ta' inammissibbiltà - Natura kuntrattwali tal-kawża - Natura tar-rikors - Kwalità tal-att li jista' jiġi kkontestat)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: E. Tzannini, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u A. Sauka, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tan-nota ta' debitu maħruġa mill-Kummissjoni fit-22 ta' Lulju 2010 għall-irkupru tas-somma ta' EUR 109 415, 20 imħallsa lir-rikorrent fil-kuntest ta' għajnuna finanzjarja bħala sostenn ta' proġett għal riċerka fil-qasam tal-mediċina.
Dispożittiv
Ir-rikors ġie rrifjutat bħala inammissibbli
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti minn Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro AE
____________1 - ĠU C 288 tat-23.10.2010.