Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2023 – Chiquita Brands vs EUIPO – Jara 2000 (CHIQUITA QUEEN)

(Kawża T-79/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Chiquita Brands LLC (Fort Lauderdale, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Dissmann u L. Jones, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jara 2000, SL (Murcia, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CHIQUITA QUEEN – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 075 274

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2022 fil-Każ R 1811/2021-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż inklużi l-ispejjeż tar-rikorrenti sostnuti fil-proċeduri quddiem il-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________