Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-21 ta' Frar 2008 - Arana de la Cal vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-63/05)1

(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Ilment tardiv - Rikors manifestament inammissibbli)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Miriam Arana de la Cal (Brussell, il-Belgju) (rappreżentant: L. Vogel, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)

Partijiet intervenjenti in sostenn tal-kovenuta: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u I. Sulce aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba mressqa mir-rikorrenti, li qabel kienet membru tal-persunal bil-kuntratt, kontra d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-klassifikazzjoni u r-remunerazzjoni tagħha bħala membru tal-persunal bil-kuntratt, kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għad-danni (li qabel kienet T-271/05)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 229, 17.09.2008, p. 31 (kawża irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej taħt in-numru T-271/05 u ttrasferita quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea b'digriet tal-15.12.2005).