Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato - l-Italja) – Global Starnet Ltd vs Ministero dell'Economia e delle Finanze, Amministrazione Autonoma Monopoli di Stato

(Kawża C-322/16) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Libertà li jiġu pprovduti servizzi, libertà ta’ stabbiliment, Moviment liberu tal-kapital u libertà ta’ intrapriża – Restrizzjonijiet – Għoti ta’ konċessjonijiet ġodda għall-ġestjoni online ta’ logħob – Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi – Sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali – Obbligu jew nuqqas ta’ obbligu tal-qorti nazzjonali li tressaq talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Global Starnet Ltd

Konvenuti: Ministero dell'Economia e delle Finanze, Amministrazione Autonoma Monopoli di Stato

Dispożittiv

L-Artikolu 267(3) TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti nazzjonali li d-deċiżjonijiet tagħha ma jistgħux jiġu appellati b’mod ġudizzjarju hija obbligata, bħala prinċipju, li tipproċedi b’rinviju għal deċiżjoni preliminari ta’ kwistjoni ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni anki jekk, fil-kuntest tal-istess proċedura nazzjonali, il-Qorti Kostituzzjonali tal-Istat Membru kkonċernat tkun evalwat il-kostituzzjonalità tar-regoli nazzjonali ta’ kontenut identiku għal dawk tad-dritt tal-Unjoni.

L-Artikoli 49 u 56 TFUE kif ukoll il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq persuni diġà konċessjonarji fis-settur tal-ġestjoni online ta’ logħob awtorizzat mil-liġi, kundizzjonijiet ġodda għall-eżerċizzju tal-attività tagħhom permezz ta’ addendum għall-kuntratt eżistenti, dment li l-qorti tar-rinviju tikkonkludi li din il-leġiżlazzjoni tista’ tiġi ġġustifikata minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, li hija adatta sabiex tiżgura li jintlaħqu l-għanijiet imfittxija u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

____________

1     ĠU C 343, 19.09.2016.