Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Settembru 2011 - New Yorker SHK Jeans vs UASI - Vallis K. - Vallis A. (FISHBONE)

(Kawża T-415/09) 1

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FISHBONE - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti FISHBONE BEACHWEAR - Raġuni relattiva għal rifjut - Rifjut parzjali ta' reġistrazzjoni - Użu ġenwin mit-trade mark Komunitarja - Teħid inkunsiderazzjoni ta' provi addizzjonali - Motivazzjoni - Prova tal-użu ġenwin - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 42(2) u (3) u Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - It-tieni sentenza tar-Regola 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - L-ewwel subparagrafu u l-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) u Artikolu 42(2), (3) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009 - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: New Yorker SHK Jeans GmbH & Co. KG, li kienet New Yorker SHK Jeans GmbH (Kiel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. Spitz, A. Gaul, T. Golda u S. Kirschstein-Freund, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vallis K. - Vallis A. & Co. OE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: M. Kilimiri, V. von Bomhard, A. W. Renck, avukati, u H. J. O'Neill, solicitor)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta' Lulju 2009 (Każ R 1051/2008-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Vallis K. - Vallis A. & Co. OE u New Yorker SHK Jeans GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    New Yorker SHK Jeans GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 297, 05.12.2009