Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad - Gabrovo (il-Bulgarija) fil-31 ta’ Marzu 2022 – IL vs Regionalna direktsia “Avtomobilna administratsia” Pleven

(Kawża C-227/22)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad - Gabrovo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: IL

Konvenut: Regionalna direktsia “Avtomobilna administratsia” Pleven

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan 1 jippermettu li l-Istati Membri jirrikjedu, min-naħa tas-sewwieqa li jsuqu vetturi bil-mutur li jaqgħu fil-kategoriji С, CE, C1, C1E, D, DE, D1, D1E, li dawn is-sewwieqa joqogħdu għal eżami mediku intiż li jikkonferma l-kapaċità fiżika u mentali tagħhom għas-sewqan f’intervalli ta’ żmien li jkunu iqsar mill-perijodu ta’ validità tal-liċenzja tas-sewqan ta’ vetturi bil-mutur kif ukoll, f’dan ir-rigward, dokument separat (differenti mil-liċenzja tas-sewqan) li jikkonferma l-kapaċità tagħhom? Jew il-fatt li wieħed ikollu liċenzja tas-sewqan valida għal vetturi bil-mutur li jaqgħu fil-kategoriji msemmija jikkonferma l-kapaċità fiżika u mentali tas-sewwieqa, sa fejn tali kapaċità diġà ġiet ikkonfermata fil-mument tal-ħruġ jew tat-tiġdid tal-liċenzja tas-sewqan?

____________

1     ĠU 2006, L 403, p. 8.