Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Diċembru 2012 - Lenz vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-78/11 P) 

("Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Responsabbiltà għall-ispejjeż assoċjati mal-għajnuna mogħtija minn 'Heilpraktiker' - Obbligu ta' motivazzjoni - Żnaturament tal-punti ta' fatt")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Erika Lenz (Osnabrück, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. Lenz u J. Römer, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-14 ta' Diċembru 2011, Lenz vs Il-Kummissjoni (F-80/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

E. Lenz għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 103, 02.04.2011.