Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fl-20 ta’ Diċembru 2021 – Proċeduri kriminali kontra ZhU u RD

(Kawża C-805/21)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

ZhU u RD

Domanda preliminari

Interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali fis-sens li ma tikkostitwixxix mezz strumentali vettura bil-mutur użata għall-ħażna ta’ kwantità kbira ta’ merkanzija suġġetta għad-dazju tas-sisa (sigaretti) li ma jkollhiex it-timbru fiskali hija konformi mal-punt 3 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea 1 jew, sussidjarjament, mat-tielet inċiż tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/212/ĠAI tal-24 ta’ Frar 2005 dwar il-Konfiska ta’ Rikavati, Mezzi Strumentali u Proprjetà Konnessi mal-Kriminalità (ĠU 2006, L 159M, p. 223)?

____________

1     ĠU 2014, L 127, p. 39, rettifika fil-ĠU 2014, L 138, p. 114.