Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg Oost-Vlaanderen, afdeling Gent (il-Belġju) fis-17 ta’ Jannar 2022 – VN vs Belgische Staat

(Kawża C-34/22)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg Oost-Vlaanderen, afdeling Gent

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VN

Konvenut: Belgische Staat

Domanda preliminari

Il-punt 5 tal-Artikolu 21(1) tal-WIB 1992 (Wetboek van de inkomstenbelasting 1992 (il-Kodiċi tat-Taxxi fuq id-Dħul) (CIR 1992)), kif emendat bl-Artikolu 170 tal-Wet van 25 april 2014 houdende diverse bepalingen (il-Liġi tal-25 ta’ April 2014 li Tirrigwarda Diversi Dispożizzjonijiet) jikser id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 56 u 63 TFUE kif ukoll l-Artikoli 36 u 40 tal-Ftehim ŻEE sa fejn id-dispożizzjoni inkwistjoni, minkejja li hija applikabbli mingħajr distinzjoni għall-fornituri ta’ servizzi nazzjonali u barranin, teħtieġ mhux biss li kundizzjonijiet analogi għal dawk li jinsabu fl-Artikolu 2 KB/WB 1992 (koninklijk besluit tot uitvoering van het WIB 1992 (id-Digriet Irjali ta’ Implimentazzjoni taċ-CIR 1992) (AR/CIR 1992)), li huma de facto proprji għas-suq Belġjan, jiġu ssodisfatti iżda l-ewwel li dawn ir-rekwiżiti analogi meħtieġa jkunu ġew stabbiliti mill-awtoritajiet pubbliċi tal-Istat Membru taż-ŻEE ikkonċernat, li jmur lil hinn mill-issuġġettar għall-istħarriġ prudenzjali lokali u mill-adeżjoni mal-iskema ta’ garanzija ta’ depożitu konformement mad-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti 1 [u għalhekk] jostakola, konsegwentement, b’mod serju lill-fornituri ta’ servizzi barranin milli joffru s-servizzi tagħhom fil-Belġju?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 252.