Language of document :

Appell ippreżentat fil-31 ta’ Diċembru 2020 minn Ultrasun AG mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-20 ta’ Ottubru 2020 fil-Kawża T-805/19 – Ultrasun AG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-722/20 P)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Ultrasun AG (rappreżentanti: A. Mühlendahl, H. Hartwig, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tal-25 ta’ Marzu 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ċaħdet l-appell u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż tagħha stess.

____________