Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2016 – Mondelez UK Holdings & Services vs EUIPO – Société des produits Nestlé (Forma ta’ biċċa ċikkulata)

(Kawża T-112/13)1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ invalidità – Trade mark tridimensjonali – Forma ta’ biċċa ċikkulata – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Karattru distintiv miksub bl-użu – Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 52(1) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mondelez UK Holdings & Services Ltd, li kienet Cadbury Holdings Ltd (Uxbridge, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: T. Mitcheson, QC, P. Walsh, J. Blum, S. Dunstan, solicitors u D. Byrne, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: inizjalment minn G. Vos, M. Bakker u J. van den Berg, avukati, sussegwentement minn G. Vos, S. Malynicz, QC, T. Scourfield u T. Reid, solicitors)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Diċembru 2012 (Każ R 513/2011-2), dwar proċedimenti ta’ invalidità bejn Cadbury Holdings u Société des produits Nestlé.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ Diċembru 2012 (Każ R 513/2011-2) hija annullata.

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Mondelez UK Holdings & Services Ltd.

Société des produits Nestlé SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 123, 27.4.2013