Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta' Lulju 2011 - Fuchshuber Agrarhandel vs Il-Kummissjoni
"Rikors għad-danni - Politika agrikola komuni - Sejħiet għall-offerti permanenti għall-bejgħ mill-ġdid ta' ċereali fis-suq Komunitarju - Setgħa ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni - Ksur manifestament serju ta' dispożizzjoni legali li tati drittijiet lill-individwi - Rikors manifestament infondat fid-dritt"
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Fuchshuber Agrarhandel GmbH (Hörsching, l-Awstrija) (rappreżentant: G. Lehner, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. von Rintelen u D. Triantafyllou, aġenti)
Suġġett
Rikors għad danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba nuqqas ta' investigazzjoni, min naħa tal-Kummissjoni, tal-kundizzjonijiet ta' implementazzjoni tas-sejħiet għall-offerti permananti għall-bejgħ mill-ġdid ta' ċereali fis-suq Komunitarju, f'dan il-każ qamħirrun miżmum mill-aġenzija ta' intervent Ungeriża.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.
Fuchshuber Agrarhandel GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
____________1 - ĠU C 317, 20.11.2010