Language of document : ECLI:EU:T:2012:54





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Frar 2012 — Ecologistas en Acción-CODA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑359/10)

“Rikors għal annullament — Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti dwar il-pjan ta’ żvilupp tal-kwartier ta’ Cabanyal f’Valencia (Spanja) — Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji u tal-pariri legali — Informazzjoni ambjentali — Regolament (KE) Nru 1367/2006 — Rikors manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Unjoni Ewropea — Istituzzjonijiet — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Talba għal aċċess li tirrigwarda informazzjoni ambjentali — Regolament Nru 1367/2006 — Limitazzjoni għad-dritt ta’ aċċess — Żvelar li jagħmel ħsara lill-protezzjoni tal-ambjent — Eċċezzjoni supplimentari għad-dritt ta’ aċċess (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1367/2006, Artikolu 6) (ara l-punti 26-28)

2.                     Proċedura — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Kundizzjonijiet — Motiv ġdid — Kunċett (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 48(2)) (ara l-punti 33, 34, 45)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Ġunju 2010, li tirrifjuta milli tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal ċerti dokumenti li jirrigwardaw l-inkjesta li nfetħet mill-awtoritajiet Spanjoli dwar il-fajl EU‑PILOT 724/09/02 ENVI dwar il-pjan speċjali ta’ protezzjoni u ristrutturazzjoni tal-kwartier ta’ Cabanyal tal-belt ta’ Valencia (Spanja).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ecologistas en Acción-CODA għandha tħallas l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandha tħallas l-ispejjeż tagħha.