Language of document : ECLI:EU:T:2022:377


 


 



Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal21 ta’ Ġunju 2022 – Ismailova vs IlKunsill

(Kawża T234/22 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna – Iffriżar tal-fondi – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza – Ibbilanċjar tal-interessi”

1.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji

(Artikolu 256(1), Artikoli 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4)

(ara l-punti 14-17)

2.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Rikors – Rekwiżiti formali – Espożizzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-għoti tal-miżuri mitluba

(Artikolu 278 u Artikolu 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 18-20)

3.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Natura kumulattiva – Fumus boni juris partikolarment serju – Assenza ta’ inċidenza fuq l-obbligu ta’ eżami distint mill-urġenza

(Artikolu 278 u Artikolu 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punt 32)

4.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Eżami prima facie tal-motivi invokati insostenn tar-rikors prinċipali – Rikors kontra miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Restrizzjoni għad-dritt ta’ proprjetà u l-libertà ta’ impriża – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza prima facie

(Artikolu 21 TUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2022/329 u (PESK) 2022/528; Regolamenti tal-Kunsill Nru 269/2014, kif emendata bir-Regolament 2022/330, u 2022/581)

(ara l-punti 34-38)

5.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi – Persuni jew entitajiet li jipprovdu għajnuna materjali jew finanzjarja attiva lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet Russi responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabilizzazzjoni tal-Ukraina u persuni assoċjati magħhom – Preponderanza tal-interessi segwiti mill-Kunsill fuq l-interessi tar-rikorrent

(Artikolu 3(1) u (5) TUE; Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 151(2) u Artikolu 156(4); Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2022/329 u (PESK) 2022/582; Regolamenti tal-Kunsill Nru 269/2014, kif emendata bir-Regolamenti 2022/330, u 2022/581)

(ara l-punti 42, 44-51)

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.