Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 21 ta’ Frar 2024 – Hoffmann vs EUIPO – Moldex/Metric (Holex)

(Kawża T-767/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea  Holex – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti MOLDEX – Raġuni relattiva għal rifjut  – Prova tal-użu ġenwin – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni  – Xebh tal-prodotti –  Xebh bejn is-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Hoffmann GmbH Qualitätswerkzeuge (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. von Schultz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Ringelhann u T. Klee, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Moldex/Metric AG & Co. KG (Walddorfhäslach, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Krüger, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali u t-tibdil parzjali tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-30 ta’ Settembru 2022 (Każ R 1248/2022-2).

Dispożittiv

Il-punti 1 u 2 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-30 ta’ Settembru 2022 (Każ R 1248/2022-2) huma annullati.

Ir-rikors ippreżentat minn Moldex/Metric AG & Co. KG quddiem it-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO huwa miċħud sa fejn jikkonċerna l-prodotti msemmija fil-punt 1 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-EUIPO tat-30 ta’ Settembru 2022 (Każ R 1248/2022-2).

Il-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti minn Hoffmann GmbH Qualitätswerkzeuge.

Moldex/Metric għandha tbati l-ispejjeż tagħha .

____________

1     ĠU C 35, 30.1.2023.