Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Novembru 2011 – Di Tullio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-119/10) 1

(Servizz Pubbliku – Membri tal-persunal temporanji – Leave għal servizz nazzjonali – Artikolu 18 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra – Karriera militari – Twettiq ta’ perijodu ta’ kmand territorjali – Rifjut)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Di Tullio (Rovigo, l-Italja) (rappreżentanti: É. Boigelot u S. Woog, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u V. Joris aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tad-dipartimenti tal-OLAF li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrent leave għal servizz nazzjonali skont l-Artikolu 18 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg

Dispożittiv

Ir-rikors ta’ Di Tullio huwa miċħud.

Di Tullio għandu jbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 ĠU C 30, 29.01.2011, p. 66.