Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2011 - ICdA et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-456/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: International Cadmium Association (ICdA) (Brussell, il-Belġju), Rockwood Pigments (UK) Ltd (Stoke-on-Trent, ir-Renju Unit) u James M. Brown Ltd (Stoke-on-Trent, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Cana u K. Van Maldegem, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-att ikkontestat sa fejn jillimita l-użu tal-pigment tal-kadmju f'materjali tal-plastik minbarra dawk li għalihom dan l-użu kien limitat qabel l-imsemmi att, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq

il-ksur mir-regolament ikkontestat tal-Artikolu 137(1) u tal-Artikoli 68 sa 71 tar-Regolament REACH 1;

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li

ir-regolament ikkontestat huwa bbażat fuq żball manifest ta' evalwazzjoni;

It-tielet motiv ibbażat fuq

il-ksur mir-regolament tal-prinċipju ta' ċertezza legali u ta' aspettattivi leġittimi;

Ir-raba' motiv ibbażat fuq

il-ksur mir-regolament ikkontestat tar-regolament REACH, inkwantu jimponi restrizzjonijiet fuq grupp ta' sustanzi, mingħajr ma jevalwahom individwalment;

Il-ħames motiv ibbażat fuq

il-ksur mir-regolament ikkontestat tal-Ftehim OTC;

Is-sitt motiv ibbażat fuq

il-ksur mir-regolament ikkontestat tad-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti;

Is-seba' motiv ibbażat fuq il-fatt li

ma ngħatawx raġunijiet adegwati għar-regolament ikkontestat, bi ksur tal-Artikolu 296 TFUE;

It-tmien motiv ibbażat fuq

il-ksur mir-regolament ikkontestat tal-prinċipju ta' proporzjonalità.

____________

1 - Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat- 18 ta' Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠUL 396, 30.12.2006).