Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2017 – Asolo vs EUIPO – Red Bull (FLÜGEL)

(Kawża T-714/16) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Revoka tad-deċiżjoni kkontestata – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Asolo LTD (Limassol, Ċipru) (rappreżentant: W. Pors, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u M. Capostagno, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Red Bull GmbH (Fuschl am See, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Renck, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Lulju 2016 (Każ R 282/2015-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Red Bull u Asolo.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti minn Asolo LTD u Red Bull GmbH.

____________

1     ĠU C 462, 12.12.2016.