Language of document :

d:\documents\tra-doc\t-2021-0343\tra-doc-mt-req_comm-t-0343-2021-202106727-02_00.doc

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2021 – Hewlett Packard Enterprise Development vs EUIPO – Aruba (ARUBA)

(Kawża T-343/21)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Hewlett Packard Enterprise Development LP (Houston, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Roncaglia u N. Parrotta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aruba SpA (Bibbiena, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “ARUBA” – Trade mark tal-Unjoni Nru 14 421 598

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 259/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrenti;

tikkundanna lil Aruba S.p.A. għall-ispejjeż tar-rikorrenti

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-evalwazzjoni tax-xebh bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________