Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-26 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) - ir-Renju Unit) – Invamed Group Ltd et vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-198/15) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa doganali komuni — Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Taqsima XVII - Tagħmir tat-trasport - Kapitolu 87 - Vetturi bil-mutur, tratturi, roti u vetturi oħra li jintużaw fuq l-art, bċejjeċ u aċċessorji tagħhom - Intestaturi 8703 u 8713 - Vetturi bil-mutur tal-elettriku li jaħdem bil-batterija - Kunċett ta’ “persuni b’diżabbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Invamed Group Ltd, Invacare UK Ltd, Days Healthcare Ltd, Electric Mobility Euro Ltd, Medicare Technology Ltd, Sunrise Medical Ltd, Invacare International SARL

Konvenuti: Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs

Dispożittiv

L-intestatura 8713 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [...], kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004, tas-7 ta’ Settembru 2004, għandha tiġi interpretata fis-sens li:

it-termini “għall-[...] persuni b’diżabbiltà” ifissru li l-prodott huwa intiż biss għall-persuni b’diżabbiltà;

il-fatt li vettura tista’ tintuża minn persuni mingħajr diżabbiltà huwa irrilevanti għall-klassifikazzjoni ta’ din il-vettura fl-intestatura 8713 tal-imsemmija nomenklatura magħquda;

in-noti ta’ spjega tal-istess nomenklatura magħquda ma humiex ta’ natura li jbiddlu l-portata tal-intestaturi tariffarji ta’ din l-istess nomenklatura magħquda.

It-termini “persuni b’diżabbiltà”, imsemmija fl-intestatura 8713 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament Nru 1810/2004, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jindikaw il-persuni milquta b’limitazzjoni mhux marġinali tal-kapaċità tagħhom li jimxu, filwaqt li t-tul ta’ din il-limitazzjoni u l-eventwali preżenza ta’ limitazzjonijiet oħra ta’ kapaċitajiet huma irrilevanti.

____________

1 ĠU C 228, 13.7.2015.