Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 23 taʼ April 2013 – Apollo Tyres vs UASI – Endurance Technologies (ENDURACE)

(Kawża T-109/11) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali ENDURACE – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti ENDURANCE – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Xebh tal-prodotti u tas-servizzi – Xebh tas-sinjali – Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009 – Probabbiltà ta’ konfużjoniˮ]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Apollo Tyres AG (Baden, l-Isvizzera) (rappreżentant: S. Szilvasi, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Endurance Technologies Pvt Ltd (Aurangabad, l-Indja)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 taʼ Novembru 2010 (Każ R 625/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Endurance Technologies Pvt Ltd u Apollo Tyres AG.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Apollo Tyres AG hija kkundannata għall-ispejjeż.