Language of document : ECLI:EU:T:2014:1035





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2014 —
Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni


(Kawża T‑90/10)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-vireg jew tar-rombli għar-rinfurzar tal-konkrit — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA, wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Iffissar tal-prezzijiet u tat-termini għall-ħlas — Limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali — Kompetenza tal-Kummissjoni — Drittijiet tad-difiża — Konstatazzjoni tal-ksur — Multi — Reċidiva — Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni — Ġurisdizzjoni sħiħa”

1.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Għażla tal-bażi legali — Leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Rekwiżit ta’ ċarezza u ta’ prevedibbiltà — Indikazzjoni espressa tal-bażi legali — Deċiżjoni tal-Kumissjoni li tikkonstata wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA ksur tal-Artikolu 65 KEFA u li tissanzjona l-impriża inkwistjoni — Bażi legali kkostitwita mill-Artikolu 7(1) u mill-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 (Artikolu 65(1) KEFA; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 7(1), u 23(2) (ara l-punti 59, 63)

2.                     Akkordji — Akkordji suġġetti ratione materiae u ratione temporis għas-sistema legali tat-Trattat KEFA — Skadenza tat-Trattat KEFA — Kontinwità tas-sistema ta’ kompetizzjoni libera taħt it-Trattat KEFA — Żamma ta’ kontroll mill-Kummissjoni li taġixxi fl-ambitu legali tar-Regolament Nru 1/2003 (Art. 65(1) KEFA) (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003) (ara l-punti 64-80)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Applikazzjoni ratione temporis — Regoli proċedurali — Regoli sostantivi — Distinzjoni — Skadenza tat-Trattat KEFA — Deċiżjoni li tapplika r-regoli tal-kompetizzjoni adottata wara din l-iskadenza u li tipprevedi fatti li jippreċeduha — Prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ nulla poena sine lege — Sitwazzjonijiet legali miksuba qabel l-iskadenza tat-Trattat KEFA — Issuġġettar għas-sistema legali tat-Trattat KEFA (Artikolu 65(1) KEFA; Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 49(1)) (ara l-punti 81, 82, 85-87, 121)

4.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Prinċipju ta’ applikazzjoni retroattiva tal-piena l-iktar żgħira — Prinċipju li jagħmel parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u li huwa inkluż fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 49(1)) (ara l-punti 90)

5.                     Akkordji — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Evalwazzjoni fuq il-bażi ta’ diversi fatturi miġbura flimkien li ma għandhomx neċessarjament, meqjusa iżolament, effett determinanti — Akkordji li jestendu fit-territorju kollu ta’ Stat Membru — Eżistenza ta’ preżunzjoni qawwija ta’ effett (Artikolu 65(1) KEFA; Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 92-95, 98-103)

6.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Portata tal-prinċipju — Annullament tal-ewwel deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida fuq il-bażi ta’ bażi legali oħra u ta’ atti preparatorji preċedenti — Ammissibbiltà — Obbligu li tagħmel dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida — Assenza — Obbligu li tfakkar b’mod espliċitu l-possibbiltà li jintalab smigħ mill-uffiċjal tas-seduta — Assenza (Artikolu 65 KEFA) (ara l-punti 118, 119, 122-124, 130, 139-141)

7.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet — Kontenut neċessarju — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Indikazzjoni tal-punti prinċipali ta’ fatt u ta’ dritt li jistgħu jwasslu għal multa — Indikazzjoni suffiċjenti fir-rigward tad-dritt ta’ smigħ dwar id-determinazzjoni tal-ammont tal-multa — Obbligu li tissemma espressament l-intenzjoni li tiġi applikata ċ-ċirkustanza aggravanti tar-reċidiva — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(1) (ara l-punti 132-135)

8.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi aggravanti — Reċidiva — Nuqqas ta’ ffissar ta’ terminu ta’ preskrizzjoni li jeskludi l-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punt 137)

9.                     Kummissjoni — Prinċipju ta’ kolleġjalità — Portata — Deċiżjoni li jiġu applikati r-regoli tal-kompetizzjoni — Modalitajiet ta’ applikazzjoni tar-Regoli tal-Proċedura tal-Kummissjoni li jistabbilixxu r-reġim lingwistiku applikabbli — Nuqqas ta’ osservanza — Assenza ta’ effett — Notifika mingħajr annessi — Ksur tal-prinċipju ta’ kolleġjalità — Assenza — Elementi esposti suffiċjentement skont il-liġi fit-test tad-deċiżjoni (Artikolu 219 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Kummissjoni, Artikoli 15 u 16) (ara l-punti 158, 166-168)

10.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Atti tal-Kummissjoni — Kompetenza — Portata — Setgħa li tadotta att inkluża dik li temendah fl-osservanza tar-regoli ta’ kompetenza u tal-forom proċedurali previsti mit-Trattat (ara l-punti 189)

11.                     Akkordji — Prattika miftiehma — Kunċett — Koordinazzjoni u kooperazzjoni inkompatibbli mal-obbligu għal kull impriża li tiddetermina b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq — Skambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri — Preżunzjoni tal-użu ta’ informazzjoni sabiex jiġi ddeterminat l-aġir fis-suq — Assenza ta’ rabta diretta bejn il-prattika miftiehma u l-prezzijiet għall-konsum — Assenza ta’ effett (Artikolu 65(1) KEFA) (ara l-punti 202-206, 248, 252, 307)

12.                     Akkordji — Ksur kumpless li jinkludi elementi ta’ ftehim u elementi ta’ prattika miftiehma — Klassifikazzjoni unika bħala “ftehim u/jew prattika miftiehma” — Ammissibbiltà (Artikolu 65(1)KEFA) (ara l-punti 206, 207, 209)

13.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Modalità ta’ prova — Użu ta’ sensiela ta’ indizji — Grad ta’ saħħa probatorja neċessarja fir-rigward tal-indizji kkunsidrati individwalment — Ammissibbiltà tal-evalwazzjoni globali ta’ sensiela ta’ indizji (Artikolu 65 KEFA) (ara l-punti 208-210)

14.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Nuqqas ta’ konstatazzjoni ta’ ksur li jirrigwarda operatur ieħor li jinsab f’sitwazzjoni simili — Assenza ta’ effett (Artikolu 65 KEFA; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23) (ara l-punti 247, 277)

15.                     Akkordji — Parteċipazzjoni f’laqgħat li għandhom skop antikompetittiv — Ċirkustanza li tippermetti, fl-assenza ta’ tbegħid mid-deċiżjonijiet meħuda, li jiġi konkluż li l-impriża pparteċipat fl-akkordju sussegwenti — Stakkament pubbliku — Interpretazzjoni restrittiva (Artikolu 65(1) KEFA) (ara l-punti 251)

16.                     KEFA — Prezzijiet — Listi ta’ prezzijiet — Pubbliità obbligatorja — Kompatibbiltà mal-projbizzjoni tal-akkordji (Artikolu 60 KEFA u 65(1) KEFA) (ara l-punti 267-269)

17.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata (Artikolu 15 KEFA u 36 KEFA) (ara l-punt 275)

18.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Assenza ta’ lista vinkolanti jew eżawrjenti ta’ kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummisjoni 98/C 9/03, point 1 A) (ara l-punt 286)

19.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Evalwazzjoni ekonomika kumplessa — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Stħarriġ tal-legalità — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummisjoni 98/C 9/03, punti 1 A u 1 B) (ara l-punt 286, 296-298)

20.                     Kompetizzjoni — Multi — Linji gwida għall-kalkolu tal-multi — Natura ġuridika — Regola ta’ kondotta indikattiva li timplika awtolimitazzjoni tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Obbligu li jiġu osservati l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ protezzjoni tal-aspettativi leġittimi u ta’ ċertezza legali (Komunikazzjoni tal-Kummisjoni 98/C 9/03) (ara l-punti 288-290)

21.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Klassifikazzjoni ta’ ksur bħala serju ħafna — Rwol fundamentali tal-kriterju dedott min-natura tal-ksur — Assenza ta’ awtonomija ta’ dak dedott mid-daqs tas-suq tal-prodotti inkwistjoni — Klassifikazzjoni ta’ ksur bħala serju ħafna minkejja l-limitazzjoni tiegħu għat-territorju ta’ Stat Membru wieħed — Ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punti 1 A) (ara l-punti 303, 304, 308)

22.                     Akkordji — Projbizzjoni — Ksur — Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku — Responsabbiltà għal aġir imwettaq minn impriżi oħra fil-kuntest tal-istess ksur — Ammissibbiltà — Kriterji — Teħid inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur (Artikolu 65(1) KEFA) (ara l-punt 316)

23.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Tul tal-ksur — Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tan-nuqqas ta’ parteċipazzjoni ta’ impriża f’wieħed mill-aspetti tal-akkordju matul parti mill-perijodu implikat — Inammissibbiltà — Eżerċizzju mill-qorti tal-Unjoni tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha — Tnaqqis tal-multa (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) (ara l-punti 317, 320-325, Dispożittiv 1)

24.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Rwol passiv jew emulattiv tal-impriża — Kriterji ta' evalwazzjoni — Assenza ta’ rwol passiv jew emulattiv (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(3); Komunikazzjoni tal-Kummisjoni 98/C 9/03, punt 3) (ara l-punti 327, 328, 330)

25.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Theddid u pressjonijiet subiti minn impriża — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 3) (ara l-punt 329)

26.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi aggravanti — Reċidiva — Kunċett — Assenza ta’ terminu preskrittiv — Ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali — Assenza — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Teħid inkunsiderazzjoni taż-żmien li għadda bejn ksur u r-reċidiva — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 2) (ara l-punti 335, 340-349)

27.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi aggravanti — Reċidiva — Kunċett ta’ ksur tal-istess tip — Ksur tat-Trattat KE, minn naħa, u tat-Trattat KEFA, min-naħa l-oħra — Inklużjoni — Natura inqas serja tal-ewwel ksur b’paragun mar-reċidiva — Assence ta’ rilevanza għall-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ reċidiva (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 2) (ara l-punti 350, 351, 354-360)

28.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni li timponi multi — Indikazzjoni tal-elementi ta’ evalwazzjoni li wasslu lill-Kummissjoni tqis il-gravità u t-tul tal-ksur — Indikazzjoni suffiċjenti (Artikolu 15 KEFA; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23) (ara l-punti 363-365)

29.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi aggravanti — Reċidiva — Rata ta’ żieda tal-ammont bażiku tal-multa — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Rwol passiv jew emulattiv ta’ impriża — Assenza ta’ rilevanza għaż-żieda tal-ammont tal-multa fuq il-bażi tar-reċidiva (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 2) (ara l-punti 367-373)

30.                     Kompetizzjoni — Multi — Il-kuntest ġuridiku — Determinazzjoni — Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Kummissjoni — Natura indikattiva — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Kundizzjonijiet tat-teħid inkunsiderazzjoni — Data ċirkustanzjali identika għal dik ta’ każijiet preċedenti (Artikolu 65 KEFA; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) (ara l-punti 374, 410)

31.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Rekwiżiti analogi għall-ilmenti invokati insostenn ta’ motiv (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44 (1)) (ara l-punti 378, 379)

32.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Tnaqqis tal-ammont tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata — Kundizzjonijiet — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata — Eċċess manifest tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 96/C 207/04) (ara l-punti 386-396)

33.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Tnaqqis tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata — L-ewwel impriża li pprovdiet provi determinanti, li jistgħu jintużaw bħala bażi probatorja prinċipali — Assenza tal-kundizzjoni dwar in-natura suffiċjenti tal-provi miġjuba (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 96/C 207/04, punt B(b)) (ara l-punti 401-405)

34.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Nuqqas ta’ impożizzjoni jew tnaqqis tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata — Neċessità li l-aġir ikun iffaċilita l-konstatazzjoni tal-ksur mill-Kummissjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Kontestazzjoni tal-allegazzjonijiet ta’ fatt — Assenza ta’ faċilitazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 96/C 207/04, punt D) (ara l-punti 411-415)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 65 [KEFA] (Każ COMP/37.956 — Vireg għar-rinfurzar tal-konkrit, adozzjoni mill-ġdid), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9912 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2009, u, sussidjarjament, talba għall-annullament parzjali ta’ din id-deċiżjoni u talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Il-multa imposta fuq Ferriere Nord SpA hija stabbilita fl-ammont ta’ EUR 3 421 440.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ferriere Nord għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll tliet kwarti tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha.