Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2014 – Faci vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-46/10) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew ta’ stabilizzaturi termiċi ESBO/esteri – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Iffissar tal-prezzijiet, tqassim tas-swieq kif ukoll ta’ klijenti u l-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva – Prova ta’ aspett wieħed tal-ksur – Multi – Ugwaljanza fit-trattament – Amministrazzjoni tajba – Terminu raġonevoli – Proporzjonalità”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Faci SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: S. Piccardo, avukat, S. Crosby, solicitor, u S. Santoro, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn K. Mojzesowicz, F. Ronkes Agerbeek u J. Bourke, sussegwentement minn F. Ronkes Agerbeek, J. Bourke u F. Castilla Contreras u fl-aħħar minn F. Ronkes Agerbeek, F. Castilla Contreras u R. Sauer, aġenti)SuġġettTalba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċediment skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabbilizzaturi tas-sħana), jew, sussidjarjament, talba għal annullament tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti jew għat-tnaqqis tal-ammont tagħha.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Faci SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.