Language of document : ECLI:EU:T:2014:228





Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ April 2014 –Manufacturing Support & Procurement Kala Naft vs Il-Kunsill

(Kawża T‑263/12)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran bl-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Awtorità ta’ res judicata – Obbligu ta’ motivazzjoni – Obbligu ta’ komunikazzjoni individwali – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Dritt għall-proprjetà – Proporzjonalità – Kompetenza tal-Kunsill – Użu ħażin ta’ poter – Żball ta’ liġi – Kunċett ta’ appoġġ għall-proliferazzjoni nukleari – Żball ta’ evalwazzjoni – Rikors manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Drittijiet fundamentali – Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae – Persuni ġuridiċi li jikkostitwixxu emanazzjonijiet ta’ Stati terzi – Inklużjoni – Responsabbiltà tal-Istat terz għar-rispett tad-drittijiet fundamentali fit-territorju tiegħu – Assenza ta’ effett (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea) (ara l-punti 27-32)

2.                     Proċedura ġudizzjarja – Awtorità ta’ res judicata – Portata (ara l-punti 36, 37)

3.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Bażi legali – Miżuri restrittivi previsti permezz ta’ deċiżjoni adottata abbażi tal-Artikolu 215 TFUE – Kompetenza tal-Kunsill biex jadotta miżuri restrittivi ta’ ffriżar ta’ fondi awtonomi u distinti minn dawk irrakkomandati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (Artikolu 215 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012) (ara l-punti 59, 60)

4.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Appoġġ għall-attivitajiet tal-Iran li joħolqu riskju ta’ proliferazzjoni – Kunċett – Kummerċjalizzazzjoni ta’ tagħmir u ta’ teknoloġiji essenzjali intiżi għall-industrija tal-gass u taż-żejt Inklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 23(2)(a); Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK) (ara l-punti 69, 75)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat‑23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

2)

Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.