Language of document :

Appell ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2021 minn Il-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fid-29 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-344/19 u T-356/19, Front Polisario vs Il-Kunsill

(Kawża C-788/21 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, F. Castillo de la Torre, A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Front populaire pour la libération de la Saguia el-Hamra et du Rio de oro (Front Polisario), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Ir-Renju ta’ Spanja, Ir-Repubblika Franċiża, Chambre des pêches maritimes de la Méditerranée, Chambre des pêches maritimes de l’Atlantique Nord, Chambre des pêches maritimes de l’Atlantique Centre, Chambre des pêches maritimes de l’Atlantique Sud

Talbiet

tannulla l-punti 1 u 2 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata u konsegwentement:

tiċħad ir-rikors imressaq fl-ewwel istanza mill-Front Polisario, jew, jekk il-Qorti Ġenerali tqis li l-kawża ma hijiex fi stat li tiġi deċiża, li tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali ;

tikkundanna lill-Front Polisario għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju: żbalji ta’ liġi bbażati fuq in-nuqqas ta’ kapaċità tal-Front Polisario li il-locus standi in judicio tal-Front Polisario ;

It-tieni aggravju: żbalji ta’ liġi bbażati fuq l-assenza ta’ interess dirett fuq il-Front Polisario;

It-tielet aggravju : : żbalji ta’ liġi bbażati fuq l-assenza ta’ inċidenza individwali du Front Polisario ;

Ir-raba’ aggravju : żbalji ta’ liġi fir-rigward tal-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju, il-marġni ta’ evalwazzjoni tal-istituzzjonijiet u l-ħtieġa li jinstab żball manifest; dwar l-assenza ta’ rekwiżit għall-kunsens tal-poplu tas-Saħara tal-Punent; fir-rigward tal-fatt li l-kunċett ta’ kunsens adottat huwa strett u teoretiku wisq, li s-suffiċjenza tal-konsultazzjoni li tkun irċeviet l-opinjoni favorevoli hija miċħuda u li l-eżami tal-benefiċċji jitwarrab; dwar l-identifikazzjoni tal-Front Polisario bħala l-entità li tkun inkarigata li tagħti dan il-kunsens, minħabba l-istatus limitat u r-rappreżentattività tiegħu;

Il-ħames aggravju : żbalji ta’ liġi fir-rigward tal-invokazzjoni tad-dritt internazzjonali konswetudinarju meta tiġi eżaminata l-validità ta’ att tal-Unjoni.

____________