Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' April 2007 - UMG Recordings vs L-UASI - Osman (MOTOWN)

(Kawża T-143/07)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: UMG Recordings, Inc. (Santa Monika, L-Istati Uniti ta' L-Amerka) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri, A. Castán Pérez-Gómez, lawyers)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell: Jimmy Osman (Londra, Ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza togħġobha:

-     tilqa' l-atti u d-dokumenti mehmuża magħhom u tikkunsidra li l-appell kontra d-deċiżjoni mogħtija mit-Tieni Bord ta' l-Appell tal-UASI fil-15 ta' Frar 2007 fil-każ R-523/2006-2, ġie ppreżentat fil-ħin u skond il-proċedura, wara li ttieħdu l-passi proċedurali meħtieġa, sabiex tingħata sentenza fi żmien xieraq li tannulla dik id-deċiżjoni u tordna espressament lill-UASI jbati l-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija suġġetta għal talba għal revoka: il-kelma trade mark Komunitarja "MOTOWN" għal prodotti u s-servizzi fil-klassijiet 9, 25, 41 u 42 - applikazzjoni Nru 206 243

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: UMG Recordings

Parti li qed jitlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja : Jimmy Osman

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed jitlob ir-revoka : Mhux applikabbli

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta'Oppożizzjoni: Laqgħet it-talba għal revoka mitluba għas-servizzi kkontestati kollha fil-klassi 42 u ċaħdet it-talba safejn din kienet magħmula kontra s-servizzi fil-klassi 41

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell : Laqgħet l-appell imressaq minn Jimmy Osman.

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikoli 15(1) u 50(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94

Ir-rikorrenti ssostni li l-Bord ta' l-Appell allegatament żbalja fl-evalwazzjoni tiegħu ta' l-evidenza ppreżentata in sostenn ta' l-użu tat-trade mark tagħha fir-rigward tas-servizzi kkontestati fil-klassi 41.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Bord ta' l-Appell naqas milli jikkunsidra li t-trade mark ikkontestata kienet suġġetta għal atti ta' użu fis-servizzi kkontestati kemm mill-proprjetarju rreġistrat kif ukoll minn persuni terzi bil-kunsens tal-proprjetarju.

It-tieni nett, skond ir-rikorrenti, il-Bord ta' l-Appell ikkonfonda "servizzi ta' diskoteki" ma "organizzazzjoni ta' avvenimenti mużikali" filwaqt li ma ħax in kunsiderazzjoni li dawn kienu jaqgħu taħt kategoriji differenti ta' servizzi.

Fit-tielet lok, ir-rikorrenti ssostni li, anke jekk jitqies li hija ma pparteċipatx kemm direttament jew indirettament fil-provvista ta' "servizzi ta' diskoteki" u/jew fl-"organizzazzjoni ta' avvenimenti mużikali", kellu jingħad li din tat servizzi speċifiċi taħt il-kategoriji msemmijin iktar 'il fuq u li l-provvista ta' dawk "is-sub-servizzi" serviet sabiex ma jibqax japplika l-obbligu li t-trade mark tagħha tintuża għal hekk imsejħa kategoriji ġenerali ta' servizzi (jiġifieri, is-servizzi kkontestati).

____________