Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fis-7 ta’ Jannar 2022 – T. S.A. vs Przewodniczący Krajowej Rady Radiofonii i Telewizji

(Kawża C-22/22)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: T. S.A.

Konvenut: Przewodniczący Krajowej Rady Radiofonii i Telewizji

Domanda preliminari

L-Artikolu 20(2) flimkien mal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) 1 kif ukoll l-Artikolu 11 u l-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi biss lix-xandara bit-televiżjoni milli jdaħħlu reklamar fil-programmi tagħhom għat-tfal, filwaqt li ma tinkludix tali projbizzjoni għax-xandara ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand?

____________

1 ĠU 2010, L 95, p. 1, rettifika fil-ĠU 2010, L 263, p. 15.