Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Diċembru 2007 - Atlantic Container Line et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-113/04)1

("Eżekuzzjoni ta' sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza - Ħlas lura ta' l-ispejjeż ta' garanzija bankarja stabbilita sabiex jiġi ddifferit il-ħlas ta' multa imposta mill-Kummissjoni u sussegwentement annullata mill-Qorti tal-Prim'Istanza - Rikors għal annullament u għal kumpens - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità - Nuqqas ta' rabta kawżali diretta bejn l-aġir illegali ta' l-istituzzjoni u d-dannu invokat)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Atlantic Container Line AB (Göteborg, l-Iżvezja); Transportación Marítima Mexicana SA de CV (Mexico, il-Messiku); Hanjin Shipping Co. Ltd (Seul, il-Korea t'Isfel); Hyundai Merchant Marine Co. Ltd (Seul); Mediterranean Shipping Co. SA (Genève, l-Iżvizzera); Neptune Orient Lines Ltd (Singapour, Singapor); Orient Overseas Container Line (UK) Ltd (Suffolk, ir-Renju Unit); P & O Nedlloyd Container Line Ltd (Londra, ir-Renju Unit); u Sea-Land Service, Inc. (Jacksonville, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment J. Pheasant, M. Levitt u K. Nicholson, wara minn M. Levitt u K. Nicholson, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: P. Oliver, aġent)

Suġġett tal-kawża

Minn naħa, rikors intiż għall-annullament ta' l-ittra tal-Kummissjoni tas-6 ta' Jannar 2004 li tiċħad il-ħlas lura ta' l-ispejjez ta' garanzija bankarja mġarrba mir-rikorrenti wara multi imposti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/243/KE, tas-16 ta' Settembru 1998, dwar proċedura għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 85 u 86 tat-Trattat KE [li saru l-Artikoli 81 KE u 82 KE] (Każ IV/35.134 - Trans-Atlantic Conference Agreement) (ĠU 1999, L 95, p. 1), annullata mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Settembru 2003, Atlantic Container Line et vs Il-Kummissjoni (T-191/98 u T-212/98 sa T-214/98, Ġabra p. II-3275), u, min-naħa l-oħra, rikors għal kumpens intiż għar-rimbors ta' dawn l-ispejjeż tal-garanzija bankarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-rikorrenti huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 118, 30.4.2004.