Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-23 ta' Ottubru 2012 - Strack vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-44/05 RENV)

("Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rinviju lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wara annullament - Tneħħija tal-immunità tal-membri tal-persunal ta' istituzzjoni għall-kliem li ntqal u l-kitbiet imressqa fil-kuntest ta' proċedura ġudizzjarja - Ħatra f'pożizzjoni ta' kap ta' diviżjoni - Ċaħda ta' kandidatura - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku ta' kandidat li ma ntgħażilx - Awtorità ta' res judicata - Difett proċedurali - Ibbilanċjar tal-interessi kontrapposti - Rikors għad-danni - Dannu morali subit minħabba irregolarità")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Guido Strack (Köln, il-Ġermanja) [rappreżentanti: N. A. Lödler u H. Tettenborn, avukati]

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea [rappreżentanti: H. Krämer u B. Eggers, aġenti]

Suġġett

Rinviju wara annullament - Servizz pubbliku - Minn naħa, annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrent għall-pożizzjoni ta' kap ta' diviżjoni "Sejħiet għal offerti u kuntratti" u li tinnomina kandidat ieħor għall-imsemmija pożizzjoni kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għad-danni (li kienet T-225/05).

Dispożittiv

It-talba għat-tneħħija tal-immunità li jibbenefikaw minnha l-membri tal-persunal tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fil-Kawża F-44/05, Strack vs Il-Kummissjoni, hija miċħuda bħala inammissibbli.

It-talba għal kumpens minħabba dewmien eċċessiv fil-proċedura amministrattiva intiża sabiex timtela' l-pożizzjoni u għal dewmien eċċessiv tal-proċedura prekontenzjuża hija miċħuda bħala infondata.

Id-deċiżjoni tan-nomina ta' A u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tad-19 ta' Novembru 2004, li tiċħad il-kandidatura ta' G. Strack għall-pożizzjoni ta' kap ta' diviżjoni "Sejħiet għal offerti u kuntratti" tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej huma annullati.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

5)    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha fil-Kawżi Strack vs Il-Kummissjoni, F-44/05, Il-Kummissjoni vs Strack, T-526/08 P, u Strack vs Il-Kummissjoni, F-44/05 RENV u hija kkundannata tbati l-ispejjeż ta' G. Strack f'dawn l-istess kawżi.

____________