Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2013 – Hostel Tourist World vs UASI – WRI Nominees (HostelTouristWorld.com)

(Kawża T-566/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Hostel Tourist World, SL (Sevilla, Spanja) (rappreżentant: J. M. Bartrina Díaz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: WRI Nominees Ltd (Lussemburgu, il-Lussemburgu)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla u tirrevoka d-deċiżjoni mogħtija mill-UASI sa fejn din laqgħet ir-rikors jew appell ippreżentat minn WRI Nominees Ltd, dwar it-talba għal annullament jew dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 7 241 862 HOSTELTOURISTWORLD għall-klassijiet 39 u 43 tan-nomenklatura internazzjonali;

tiċħad, skont l-Artikolu 65(2) tar-Regolament Nru 207/2009, l-appell ippreżentat mill-kumpannija WRI Nominees Ltd fir-rigward tal-invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 7 241 862 “HOSTELTOURISTWORLD.COM” għall-klassijiet 35, 39 u 43 tan-nomenklatura internazzjonali, jew, fin-nuqqas ta’ dan, tordna lill-UASI li jadotta l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonforma ruħu mas-sentenza li tilqa’ t-talbiet ikkonċernati f’din il-kawża;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarju rreġistrata li kienet is-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva “HostelTouristWorld.com” għal servizzi fil-klassijiet 35, 39 u 43 – Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 241 862Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrentiParti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: WRI Nominees LtdMotivi invokati insostenn tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) tal-istess regolament u tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 53(1)(c) tal-istess regolamentDeċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell ta’ WRI Nominees Ltd milqugħ parzjalment u deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni annullata parzjalment.Motivi invokati:Ksur tal-Artikoli 63 u 64 tar-Regolament Nru 207/2009;Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) ta

r-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 53(1)(a

) tal-istess regolament.