Language of document : ECLI:EU:T:2015:239





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ April 2015 —
Hostel Tourist World vs UASI – WRI Nominees (HostelTouristWorld.com)

(Kawża T‑566/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva HostelTouristWorld.com — Trade mark internazzjonali verbali preċedenti HOSTELWORLD.COM — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Karattru distintiv intrinsiku minimu tat-trade mark preċedenti — Probabbiltà ta’ konfużjoni”

1.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Tressiq ta’ kawża quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Sentenzi dikjaratorji — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(2) u (3)) (ara l-punt 15)

2.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Appelli quddiem il-Bordijiet tal-Appell — Kompetenza tal-Bordijiet tal-Appell — Eżami komplet ġdid tal-mertu (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 64(1)) (ara l-punti 30-32)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Koeżistenza ta’ trade marks preċedenti — Rikonoxximent ta’ ċertu livell ta’ karattru distintiv ta’ trade mark internazzjonali li tirreferi għall-Komunità (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(b) u (c), 52, 53, 57, 63, 64, 154 u 158(1) u (2)) (ara l-punti 34-39)

4.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet relattivi ta’ invalidità — Eżistenza ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(1)(b), u (2)(a)(iv) u 53(1)(a)) (ara l-punti 43, 66, 67)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(1)(b) u 53(1)(a)) (ara l-punti 48-50)

6.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet relattivi ta’ invalidità — Eżistenza ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark Komunitarja figurattiva HostelTouristWorld.com u trade mark internazzjonali verbali HOSTELWORLD.COM (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(1)(b) u 53(1)(a)) (ara l-punti 51, 52, 68, 70-72)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Awwissu 2013 (Każ R 966/2012‑4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn il-kumpannija WRI Nominees Ltd u Hostel Tourist World, SL.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hostel Tourist World, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.