Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2024 – Shuvalov vs Il-Kunsill

(Kawża T-289/22) 1

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-azzjonijiet li jikkompromettu jew li jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Lista ta’ persuni, ta’ entitajiet u ta’ organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Inklużjoni u żamma tal-isem tar-rikorrent fil-lista – Kwalità ta’ persuna fiżika li ssostni azzjonijiet jew politiki li jikkompromettu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina – Artikolu 2(1)(a) tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ evalwazzjoni – Liberta ta’ espressjoni – Ugwaljanza fit-trattament – Proporzjonalità – Dritt għall-proprjetà – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Użu ħażin ta’ poter”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Igor Shuvalov (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: J. Iriarte Ángel, L. Rodríguez Jiménez, F. M. Rodríguez González u L. García López, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Saez Moreno, P. Mahnič u D. Cerdán García, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament, essenzjalment, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/265 tat-23 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 42 I, p. 98, rettifika fil-ĠU 2022, L 55, p. 81) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/260 tat-23 ta’ Frar 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 42 I, p. 3), it-tieni nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530 tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 239, p. 149), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 239, p. 1), u, it-tielet nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/572 tat-13 ta’ Marzu 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2023, L 75 I, p. 134) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/571 tat-13 ta’ Marzu 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddul-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2023, L 75 I, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernawh.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Igor Shuvalov huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 318, 22.8.2022.