Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (L-Italja) fis-17 ta’ Novembru 2020 – Interporto di Trieste SpA vs Ministero dello Sviluppo Economico, Gestore dei Servizi Energetici SpA - GSE

(Kawża C-608/20)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Interporto di Trieste SpA

Konvenut: Ministero dello Sviluppo Economico, Gestore dei Servizi Energetici SpA - GSE

Domandi preliminari

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea jipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik tal-Artikolu 26 (2) u (3) tad-Digriet‑Liġi Nru 91/2014, kif ikkonvertit bil-Liġi Nru 116/2014, li tnaqqas jew aħjar tittardja b’mod sinjifikattiv il-ħlas tal-inċentivi diġà mogħtija b’liġi u ddefiniti skont ftehimiet ad hoc miftiehma mill-produtturi tal-elettriku mill-konverżjoni fotovoltajika mal-ġestjonarja tas-servizz ta’ enerġija, kumpannija pubblika inkarigata b’din il-funzjoni;

B’mod partikolari tali dispożizzjoni nazzjonali hija kompatibbli mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ ċertezza legali, ta’ koperazzjoni leali u ta’ effettività; mal-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; mad-Direttiva 2009/28/KE 1 u mar-regolamentazzjoni tal-iskemi ta’ appoġġ li huma previsti hemmhekk; mal-Artikolu 216(2) TFUE, b’mod partikolari fir-rigward tat-Trattat tal-Karta Ewropea tal-Enerġija.

____________

1     Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU 2009, L 140, p. 16).