Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2014 – Infocit vs UASI DIN (DINKOOL)

(Kawża T-85/14)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Infocit – Prestação de Serviços, Comércio e Indústria, Lda (Luwanda, l-Angola) (rappreżentant: A. Oliveira, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DIN – Deutsches Institut für Normung eV (Berlin, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta’ Novembru 2013 mogħtija fil-Każ R 1106/2012-2.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “DINKOOL” għal prodotti fil-klassijiet 7, 9 u 11 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 768 061

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni bħala trade mark internazzjonali Nru 229 048 tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “DIN” għal prodotti fil-klassijiet 1 sa 34 u trade mark verbali preċedenti mhux irreġistrata “DIN” fil-Ġermanja

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni totalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ, deċiżjoni kkontestata annullata u applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja kkontestata miċħuda fl-intier tagħha

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b), (4) u (5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.