Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2014 – Harrys Pubar vs UASI – Harry’s New York Bar (HARRY’S NEW YORK BAR)

(Kawża T-84/14)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Harrys Pubar AB (Gothenburg, l-Isvezja) (rappreżentant: L.-E. Ström, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Harry’s New York Bar SA (Pariġi, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Novembru 2013, mogħtija fil-Każijiet magħquda R 1038/2012-1 u R 1045/2012-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “HARRY’S NEW YORK BAR” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 30, 32 u 43 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 3 383 445

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks Svediżi rreġistrati bin-numri 356 009, 320 026, 315 142 u 55 6513-1066 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni ddikjarata parzjalment fondata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors iddikjarat parzjalment fondat fil-Każ R 1038/2012-1 u miċħud fil-Każ R 1045/2012-1

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (4) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja