Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2015 – Infocit vs UASI – DIN (DINKOOL)

(Kawża T-85/14) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali DINKOOL – Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti DIN – Identifikatur kummerċjali nazzjonali preċedenti DIN – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Infocit – Prestação de Serviços, Comércio Geral e Indústria, Lda (Luwanda, l-Angola) (rappreżentant: A. Oliveira, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: DIN – Deutsches Institut für Normung eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Bagh, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Novembru 2013 (Każ R 1106/2012-2), relatat ma’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn DIN – Deutsches Institut für Normung eV u Infocit – Prestação de Serviços, Comércio Geral e Indústria, Lda.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Infocit – Prestação de Serviços, Comércio Geral e Indústria, Lda, għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk esposti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).DIN – Deutsches Institut für Normung eV għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.