Language of document : ECLI:EU:T:2014:950





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Novembru 2014 —
Secolux vs Il-Kummissjoni u CdT


(Kawża T‑90/14)

“Rikors għal annullament u għad-danni — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Kontrolli ta’ sigurtà — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Identifikazzjoni żbaljata tal-konvenut — Inammissibbiltà manifesta parzjali”

1.                     Rikors għal annullament — Kwalità ta’ konvenut — Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Assenza ta’ kwalità ta’ korp jew ta’ organu tal-Unjoni — Atti adottati fil-kuntest ta’ proċedura ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi — Imputabbiltà lill-Kummissjoni — Inamissibbiltà tar-rikors (Artikolu 263 TFUE; Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni 2009/496, Artikolu 13(2)) (ara l-punt 16)

2.                     Rikors għal annullament — Deċiżjoni tal-Kummissjoni, fil-kuntest tal-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta — Rikors ippreżentat kontra ċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea — Inammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 17)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat‑3 ta’ Diċembru 2013, li tiċħad l-offerti sottomessi mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti dwar il-provvista ta’ servizzi li jikkonċernaw kontrolli ta’ sigurtà (ĠU 2013/S 156‑271471) u, min-naħa l-oħra, talba għal-kumpens għad-danni allegatament subiti minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli sa fejn ġie ppreżentat kontra ċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) u l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (OP).

2)

Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mar-rikors sa fejn ġie ppreżentat kontra s-CdT u l-OP.