Language of document : ECLI:EU:T:2015:82





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Frar 2015 —
Infocit vs UASI — DIN (DINKOOL)

(Kawża T‑85/14)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali DINKOOL — Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti DIN — Identifikatur kummerċjali nazzjonali preċedenti DIN — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Assenza ta’ tressiq tal-motiv ibbażat fuq provi insuffiċjenti tal-użu serju (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2)) (ara l-punt 21)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark verbali DINKOOL u trade mark figurattiva DIN (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 28, 29, 57, 58)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ — Kundizzjonijiet — Evalwazzjoni fir-rigward tal-kriterji stabbiliti mid-dritt nazzjonali li jirregolaw is-sinjal invokat (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(4)) (ara l-punti 62, 63)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat‑12 ta’ Novembru 2013 (Każ R 1106/2012‑2), relatat ma’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn DIN — Deutsches Institut für Normung eV u Infocit — Prestação de Serviços, Comércio Geral e Indústria, Lda.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Infocit — Prestação de Serviços, Comércio Geral e Indústria, Lda, għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk esposti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

3)

DIN — Deutsches Institut für Normung eV għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.