Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2016 – Export Development Bank of Iran vs Il-Kunsill

(Kawża T-89/14) 1

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi – Inklużjoni mill-ġdid ta’ isem ir-rikorrent wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tal-inklużjoni inizjali – Żball ta’ liġi – Żball ta’ fatt – Obbligu ta’ motivazzjoni –Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Proporzjonalità –Ugwaljanza fit-trattament”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Export Development Bank of Iran (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: J. M. Thouvenin, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u M. Bishop, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Aresu u D. Gauci, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK, tal-15 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 306, p. 18), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 306, p. 3), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent, u, sussidjarjament, l-annullament tad-Deċiżjoni 2013/661 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1154/2013 sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent mill-20 ta’ Jannar 2014.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Export Development Bank of Iran għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1 ĠU C 135, 5.5.2014.