Language of document : ECLI:EU:T:2016:693





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Novembru 2016 – Export Development Bank of Iran vs Il-Kunsill

(Kawża T89/14)

“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi – Inklużjoni mill-ġdid ta’ isem ir-rikorrent wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tal-inklużjoni inizjali – Żball ta’ liġi – Żball ta’ fatt – Obbligu ta’ motivazzjoni –Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Proporzjonalità –Ugwaljanza fit-trattament”

1.      L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Miżuri meħuda fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari – Portata tal-istħarriġ – Stħarriġ ristrett għar-regoli ġenerali – Kriterji għall-adozzjoni tal-miżuri restrittivi – Appoġġ lill-Gvern Iranjan – Portata – Osservanza tal-prinċipju ta’ ċertezza legali li jeżiġi ċarezza, preċiżjoni u prevedibbiltà tal-effetti tar-regoli ġuridiċi

(Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 20(1)(c), u 2012/35/PESK, premessa 13; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 23(2)(d))

(ara l-punti 38-40, 109)

2.      Rikors għal annullament – Att ikkontestat – Evalwazzjoni tal-legalità – Kriterji

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 43, 129)

3.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Rekwiżiti minimi

(Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 267/2012 u Nru 1154/2013)

(ara l-punti 55-58)

4.      L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Miżuri meħuda fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari – Portata tal-istħarriġ

(Artikolu 275, paragrafu 2, TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 41(2), u 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK)

(ara l-punti 75-79)

5.      Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Restrizzjoni tad-dritt għall-proprjetà u tad-dritt għall-eżerċizzju liberu ta’ attività ekonomika – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill Nru 1154/2013)

(ara l-punti 105, 106, 111-115)

6.      Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Deċiżjoni ta’ ffriżar tal-fondi ta’ entità bankarja Iranjana – Nuqqas ta’ adozzjoni mill-Kunsill ta’ miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi kontra entitajiet oħrajn li jinsabu f’sitwazzjoni identika – Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Assenza

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 267/2012 u Nru 1154/2013)

(ara l-punti 118-124)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK, tal-15 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2013, L 306, p. 18), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2013, L 306, p. 3), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent, u, sussidjarjament, l-annullament tad-Deċiżjoni 2013/661 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1154/2013 sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent mill-20 ta’ Jannar 2014.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Export Development Bank of Iran għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.