Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2016 – Sun Pharmaceutical Industries u Ranbaxy (UK) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-460/13) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-prodotti mediċinali ta’ kontra d-depressjoni li jinkludu l-ingredjent farmaċewtiku attiv citalopram – Kunċett ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan – Kompetizzjoni potenzjali – Prodotti mediċinali ġeneriċi – Barrieri għad-dħul fis-suq li jirriżultaw mill-eżistenza ta’ privattivi – Ftehim konkluż bejn proprjetarju ta’ privattivi u impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi – Multi – Ċertezza legali – Prinċipju ta’ nulla poena sine lege – Linji gwida għall-kalkolu tal-multi tal-2006 – Tul tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sun Pharmaceutical Industries Ltd, li qabel kienet Ranbaxy Laboratories Ltd (Vadodara, l-Indja) u Ranbaxy (UK) Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Vidal, A. Penny, solicitors, u B. Kennelly, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Vollrath, F. Castilla Contreras u B. Mongin, aġenti, assistiti minn D. Bailey, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3803 final, tad-19 ta’ Ġunju 2013, li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT/39226 – Lundbeck), u talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Sun Pharmaceuticals Industries Ltd u Ranbaxy (UK) Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 325, 9.11.2013.