Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-91/12)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u S. Orlandi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li jsir il-kalkolu tal-bonus tad-drittijiet għall-pensjoni miksub qabel id-dħul fis-servizz abbażi ta’ dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011.
Talbiet tar-rikorrent
jannulla d-deċiżjoni li jsir il-kalkolu tal-bonus tad-drittijiet għall-pensjoni miksub qabel id-dħul fis-servizz tar-rikorrent fl-iskema tal-pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea abbażi ta’ dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.