Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-16 ta' Ġunju 2011 - Andrecs et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-96/10) 

"Servizz pubbliku - Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u membri oħra tal-persunal - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Stefan Robert Andrecs (Uccle, il-Belġju) et (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li taġġusta r-remunerazzjonijiet, il-pensjonijiet u allowances oħra tar-rikorrenti, b'effett mill-1 ta' Lulju 2009, riprodotta fl-istqarrijiet ta' remunerazzjoni tagħhom, fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u membri oħra tal-persunal abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta' Diċembru 2009.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors F-96/10, Andrecs et vs Il-Kummissjoni.

Ir-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 30, 29.01.11, p. 63.