Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Ottubru 2014 — Federación Española de Hostelería vs EACEA
(Kawża T‑340/13)
“Rikors għal annullament — Programm fil-qasam tat-tagħlim matul il-ħajja — Kuntratt ibbażat fuq il-proġett ‘Simulatur virtwali għat-tagħlim ta’ lingwi għall-professjonisti fil-qasam tat-turiżmu (e-client)’ — Ittra ta’ informazzjoni minn qabel — Natura kuntrattwali tat-tilwima — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Assenza ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt — Inammissibbiltà”
1. Proċedura ġudizzjarja — Bażi legali ta’ rikors — Għażla li tirriżulta mir-rikorrent u mhux mill-qorti tal-Unjoni — Ammissibbiltà evalwata fir-rigward tal-għażla tar-rikorrent (ara l-punti 19-23)
2. Rikors għal annullament — Rikors li fil-verità jirrigwarda tilwima ta’ natura kuntrattwali — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni — Inammissibbiltà (Artikoli 263 TFUE u 288 TFUE) (ara l-punti 26-33)
3. Rikors għal annullament — Rikors li fil-verità jirrigwarda tilwima ta’ natura kuntrattwali — Klassifikazzjoni mill-ġdid tar-rikors — Kundizzjonijiet — Rikorrent li ma talabx espressament il-klassifikazzjoni mill-ġdid — Rikors li ma jistrieħ fuq ebda motiv ibbażat fuq il-ksur tar-regoli li jirregolaw ir-relazzjoni kuntrattwali — Esklużjoni tal-klassifikazzjoni mill-ġdid (Artikoli 263 TFUE u 272 TFUE) (ara l-punti 34‑37)
Suġġett
| Talba għall-annullament tal-ittra ta’ informazzjoni minn qabel tal-EACEA tal‑5 ta’ April 2013 li tinforma lir-rikorrenti li hija kellha tirrimborsa l-ammont ta’ EUR 181 686.11 wara l-verifika tal-proġett “Simulatur virtwali għat-tagħlim ta’ lingwi għall-professjonisti fil-qasam tat-turiżmu (e-client)”. |
Dispożittiv
1) | | Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) | | Federación Española de Hostelería hija kkundannata għall-ispejjeż. |