Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – CN vs Il-Parlament
(Kawża T-343/13)1
(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Petizzjoni indirizzata lill-Parlament - Pubblikazzjoni fuq is-sit tal-internet tal-Parlament ta’ ċertu data personali - Assenza ta’ ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi”)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: CN (Brumath, Franza) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz u S. Seyr, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Buchta u V. Pozzato, sussegwentement minn A. Buchta, M. Pérez Asinari, F. Polverino, M. Guglielmetti u U. Kallenberger, aġenti)SuġġettTalba għal kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrent wara l-pubblikazzjoni fuq is-sit tal-internet tal-Parlament ta’ ċertu data personali li tikkonċernah. DispożittivIr-rikors huwa miċħud.CN għandu jbati l-ispejjeż tal-Parlament Ewropew kif ukoll l-ispejjeż tiegħu.Il-Kontrollur Ewropew għall-protezzjoni tad-data (KEPD) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
____________1 ĠU C 245, 24.8.2013.